Lokali

Iberraq fuq l-operat f’Malta minn Steward Health Care

Steward Health Care, li għandha f’idha t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, tal-Isptar Karen Grech u tal-Isptar San Luqa, jidher li tilfet kull interess fihom tant li fl-aħħar ġimgħat l-investiment fil-faċilitajiet tal-istess sptarijiet u n-nefqa fiż-żamma tat-tliet binjiet kienet mill-inqas possibbli, jew kważi xejn.

Sorsi viċin Steward Health Care qalu lil il-mument li s-sitwazzjoni tant hi ta’ telqa u ta’ nuqqas ta’ interess li, issa, il-ħaddiema tal-kumpanija qed jitħassbu serjament dwar il-futur tagħhom mal-istess kumpanija barranija.

Jidher għal darba oħra li l-ħaddiema – f’kull livell – qed jinżammu f’għama totali dwar dak li qed jiġri u hemm ħaddiema li saħansitra qed jissuspettaw li Steward Health Care fil-fatt jistgħu jwaqqfu ħesrem l-operat tagħhom fil-gżejjer Maltin.

Min tkellem ma’ il-mument, qalilna li s-sitwazzjoni ilha sejra lura bosta ġimgħat, iżda fl-aħħar ġimgħat l-affarijiet qed jilħqu livell tassew tat-tħassib u ta’ inkwiet.

“Jiġifieri anki fil-livell ta’ jekk jieqaf lift fi tmiem il-ġimgħa… m’għandniex permess li nsewwuh. Jekk jieqaf tagħmir ieħor jew ikollna bżonn nixtru xi oġġetti, qajla qed ningħataw il-permessi biex nagħmlu dak li hu meħtieġ biex inkunu nistgħu naħdmu,” qalilna impjegat ma’ Steward Health Care.

Iktar dwar din l-istorja fil-ħarġa ta’ llum ta’ il-mument.