L-ispejjeż enormi li l-komunità tal-Agostinjani fil-Belt Valletta kienet qed tonfoq fuq il-festa ta’ Santu Wistin ta’ kull sena, wasslet biex din il-parroċċa ntrikbet mid-dejn.
Tant hu hekk li riċentament kien hemm mill-inqas episodju fejn Patri Deo Debono, li ġie sospiż minn Kappillan tal-istess parroċċa fuq akkużi ta’ kompliċità f’serqa ta’ pitturi tal-istess komunità, talab li jissellef il-flus.
Jirriżulta li l-problemi kibru sew mal-wasla ta’ Debono f’din il-parroċċa. Minn festa żgħira għal komunità ta’ madwar 1,500 persuna, f’daqqa waħda din il-festa spiċċat dominata minn iktar minn 10 baned ta’ kull sena. L-ammon jisboq dak ta’ festi ferm ikbar madwar Malta.
B’kull banda li tieħu iktar minn €1,000 tas-servizz tagħha waqt il-festa, il-komunità ma setgħetx tlaħħaq mal-ispejjeż, tant li ħafna kienu jirċievu l-ħlas tard sew.
Dan apparti li saru diversi spejjeż oħra fl-istess komunità, kemm fuq l-armar u saħansitra ġiet kummissjonata statwa ġdida.
Sorsi ta’ dan l-istazzjon jindikaw li jista’ jkun li dawn l-ispejjeż, li kibru drastikament mindu Deo Debono laħaq Kappillan fl-2014 u li fnew lill-komunità Agostinjana fil-Belt, wassluh biex jara kif se jirkupra finanzjarjament.
Filfatt Debono mistenni jitressaq quddiem il-Qorti fis-sigħat li ġejjin u, fost oħrajn, se jkun akkużat b’kompliċità fis-serq ta’ diversi oġġetti li jappartjenu lill-Parroċċa ta’ Santu Wistin.Mhux eskluż li ma jkunx l-unika persuna li titressaq il-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>