Is-sewwieq Ferrarista minn Monaco, Charles Leclerc kiseb it-tielet ‘Pole Position’ infila wara li rreġistra l-aħjar ħin għalll-Grand Prix ta’ Singapore. Leclerc kiseb ħin aħjar minn ta’ Lewis Hamilton tal-Mercedes li spiċċa bit-tieni u se jibda fl-ewwel filliera ma’ Leclerc.
Sebastian Vettel kien fil-‘pole position’ proviżorju, iżda kellu jċedi u spiċċa t-tielet. Leclerc issa huwa l-favorit li jikseb it-tielet rebħa konsekuttiva f’dan iċ-ċirkwit, xi ħaġa li dejjem saret, minbarra Vettel li ma kienx irnexxielu sentejn ilu.
Wara Leclerc u Hamilton u Sebastian Vettel hemm Max Verstappen tar-Red Bull li se jibda mit-tieni filliera, segwiti minn Valtteri Bottas fuq Mercedes u Alex Albon tar-Red Bull li se jibdew mit-tielet filliera filwaqt li fir-raba’ filliera se jibdew Carlos Sainz tal-McLaren u Daniel Ricciardo fuq Renault.
Id-disa’ u l-għaxar l-aħjar ħin irreġistrawh Nico Hulkenberg fuq Renault u Lando Norris fuq McLaren. Il-Grand Prix ta’ Singapore il-Ħadd se tibda fis-2.10pm.
//= $special ?>