Lokali

Jagħti ħajtu għall-annimali abbandunati

Ħafna jqattgħu s-sajf tagħhom jilgħabu fuq il-kompjuter jew bil-playstation, inkella jqattgħu l-ġranet jgħumu l-baħar … iżda għal Isaac; tifel ta’ 12-il sena, l-hena tiegħu hi ħaġa oħra … ta’ kuljum hu jmur jitma l-qtates abbandunati.

Iżda, kif iddeċieda li jibda jgħati ħinu għal dawn il-qtates?

U wara kollox, ma jitlaqx mill-post qabel ma jkun ċert li dawn il-qtates m’għandhom bżonn xejn iżjed.

Din il-passjoni għall-annimali bdiet propju mid-dar …

Iżda minkejja x-xogħol kollu li jagħmel ma’ dawn il-qtates li jinsabu barra, ma jħossux sodisfat biżżejjed, tant li ddeċieda li jibda jmur jgħin f’santwarju tal-annimali.

Matul ix-xhur tas-sajf, bħal kull tifel u tifla oħra, Isaac jkollu ħafna ħin fuq idu, iżda matul il-perjodu tal-iskola xorta waħda se jibqa’ jgħin lil dawn l-annimali?

U dan għall-voluntiera ta’ Noah’s Ark ifisser ħafna hekk kif hemm bżonn kbir ta’ voluntiera biex jgħinu matul il-ġimgħa kollha.

Wara kollox it-talba tibqa’ biex iktar tfal ikunu bħal Isaac … tifel li għalih l-annimali jkunu dejjem fuq moħħu.

Il-klieb li qatt ma ġew addottati mis-santwarju

Filmat: Steve Psaila
Muntaġġ: Samira Cachia Spiteri