Lokali Qorti

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara serqa ta’ €300

Żagħżugħ mill-Maċedonja ngħata l-ħelsien mill-arrest wara serqa ta’ €300 minn ħanut tal-ikel li kien jaħdem fih.

Il-każ seħħ ġewwa stabbiliment f’Għajn Tuffieħa, il-Mellieħa meta Igor Ilievski ta’ 26 sena nqabad jisraq waqt li kien qed jaħdem ta’ waiter.

Fil-Qorti, Ilievski wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Dan filwaqt li ntqal li l-akkużat minnufih irritorna lura l-flus u saħansitra kkopera mal-Pulizija fl-investigazzjoni li kienet għaddejja.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Josette Dimech, ordnat li l-akkużat jingħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs sospiżi għall-sentejn.