Jirriżenjaw Marlene U Godfrey Farrugia mill-Partit Demokratiku

Il-koppja Marlene u Godfrey Farrugia rriżenjaw mill-Partit Demokratiku għax jixtiequ futur l’ bogħod mill-politika

Fi stqarrija lill-midja huma stqarrew kif jixtiequ li l-Partit Demokratiku jinbidel f’partit utli għall-pajjiżna.

Huma komplew jgħidu kif ser ikomplu jaħdmu sa tmiem din il-leġislatura iżda mhux ser jikkontestaw għal aktar elezzonijiet, biex b’hekk din tkun l-aħħar leġislatura tagħhom.

Il-Koppja kompliet tistqarr li bħalissa pajjiżna għandu bżonn assigurazzajoni li jibqa’ pajjiż demokratiku – bis-saltna tad-dritt u l-ġustizzja soċjali jibqgħu il-pilastri ewlenin fil-politika ta’ pajjiżna.

Fl-istqarrija huma qalu li biex id-demokrazija tibqa’ ħajja, jeħtieg li jkun hawn forza politka li tiġbor fiha il-movimenti kollha li jħaddnu viżjoni ta’ sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali, u rispett lejn l-umanita.