Lokali

L-investigazzjoni tal-Bank Pilatus issa għand il-pulizija

Ir-regolatur finanzjarju tal-FIAU lesta analiżi fit-tul tal-Bank Pilatus u ppreżenta l-konklużjonijiet lill-Pulizija.

Dan ifisser li issa l-ballun jinsab f’saqajn il-Pulizija biex janalizzaw din l-analiżi, deskritta bħala waħda dettaljata li analizzat “tranżazzjoni bi transazzjoni” tal-bank.

Ir-reviżjoni estensiva kienet imnedija kemm mill-MFSA kif ukoll mill-FIAU bl-għan li tipprovdi valutazzjoni robusta tal-azzjonijiet tal-bank fi skandlu li ħammar wiċċ Malta fuq livell internazzjonali.

Dan deher fuq il-ġurnal maltatoday fil-gazzetta tal-Ħadd.

L-analiżi mill-MFSA bdiet qabel tressqu akkużi formali mill-Istati Uniti fil-konfront ta’ Ali Sadr Hasheminejad, akkużat li kiser sanzjonijiet kontra l-Iran, fi Frar tal-2018.

Skont id-Direttur Ġenerali tal-MFSA Marianne Scicluna, l-analiżi bdiet wara akkużi li l-Bank Pilatus kien involut f’ħasil ta’ flus.L-operazzjonijiet tal-bank għadhom is-suġġett ta’ mill-inqas żewġ inkjesti maġisterjali. L-ewwel waħda skattat wara li Daphne Caruana Galizia allegat li sar proċessar ta’ ħlas ta’ miljun ewro mill-mexxeja tal-Ażerbajġan, lill-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li l-oħra hi fuq ilment ippreżentat mill-Membru Parlamentari Simon Busuttil dwar ħlas minn Nexia BT u Brian Tonna liċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schmebri. Danftit wara li rċieva ħlas minn klijenti Russi li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija taħt l-IIP.