Lokali

L-iskola fil-Qawra kellha tilqa’ l-ewwel studenti … skont kif kien ħabbar il-Ministru Evarist Bartolo fl-2015

Kieku nimxu mal-wegħda tal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li fl-2015 kien wiegħed li l-iskola l-ġdida fil-Qawra tkun lesta sal-2017, kieku t-tfal ta’ San Pawl il-Baħar se jispiċċaw imorru fi skola li la fiha klassijiet, la sports ground u wisq anqas għalliema. 

Ħarsa lejn l-istat ta’ din ‘l-iskola’ kif kienet ilbieraħ 21 ta’ Settembru malajr tgiddeb kliem Bartolo.

Biex tagħqad, f’April ta’ din is-sena, il-Perit Emidio Vella, il-Project Maniġer, kien ukoll ħabbar b’tant pompa f’intervista ma’ L-Orizzont, li “l-iskola l-ġdida fil-Qawra se tiftaħ il-bibien tagħha f’Settembru li ġej biex tilqa’ fiha l-ewwel grupp ta’ studenti li se jkunu fl-ewwel sular … u li la titlesta l-iskola se tkun fenomenali.”

Kliem li ż-żmien uriena li kien kollu duħħan, bħalma kien kliem Bartolo li l-iskola se tkun lesta sal-2017.

Iktar dwar din l-istorja fil-ħarġa ta’ llum, ta’ il-mument.