Lokali Qorti

Libjan jingħata l-ħelsien mill-arrest wara daqqa ta’ flixkun

Raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest iżda b’diversi kundizzjonijiet wara akkużi miġjuba kontrih li ta’ daqqa ta’ flixkun lil Taljana.

Il-każ żviluppa s-Sibt ġewwa stabbiliment f’Paceville meta għal xi raġuni r-raġel, Josef Sadi li hu Libjan residenti l-Imsida għamel ir-reat.

Quddiem il-Qorti, l-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Sadi ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €8,000. Barra dan, hu jrid iżomm id-distanza tiegħu mill-vittma u lanqas jista jmur Paceville. Il-vittma ngħatat il-protezzjoni ordnata mill-Qorti.

L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li l-prosekuzzjoni saret taf li ommu għandha bżonn kura kontinwa minħabba kundizzjoni kronika li tbati minnha.