Lokali

Muscat jgħid li l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma mhux se jinbidlu avolja l-prezz taż-żejt naqas

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jiftaħar li mhux se jkun hemm tibdil fil-kontijiet għall-familji Maltin u Għawdxin minkejja li l-prezz internazzjonali taż-żejt naqas fl-aħħar jiem.

Fl-aħħar jiem filfatt, il-prezz internazzjonali taż-żejt ħa daqqa ‘l isfel fl-aħħar ġimgħa hekk kif, fost oħrajn, f’ġurnata waħda l-prezz niżel b’5.4%.

It-tnaqqas tal-prezz li sar illum stess

Madankollu, f’intervista fuq One Radio tal-Ħadd, il-Prim Ministru injora dan il-fatt bil-ġurnalista saħansitra tgħidlu l-kontra.

Iżda b’din is-sistemà li qed jiftaħar biha l-Prim Ministru, il-Maltin u l-Għawdxin se jibqgħu jħallsu kontijiet bi prezz ogħla anke meta l-prezz taż-żejt ikompli jonqos fil-prezz.

Dan għaliex il-prezz kien ogħla biss f’każ eċċezzjonali meta seħħew attakki fuq il-faċilitajiet taż-żejt fis-Saudi. L-għada, is-sitwazzjoni malajr bdiet tirritorna lura għal prezzijiet fil-parametri ta’ kif kienu fl-aħħar xhur.

Iżda Muscat ilu għall-aħħar jiem jimbotta propoganda tiegħu, anke billi jinqeda bl-istazzjon nazzjonali, biex jipprova jagħti impressjoni li l-prezz internazzjonali taż-żejt għadu tiela’.

Analisti politiċi qed jgħidu li b’din il-pożizzjoni Muscat qed jilgħab man-nar, u ħafna qed jistaqsu – issa li raħas iż-żejt x’se jgħid il-Prim Ministru? li se jraħħas id-dawl?