QORMI ………………. 3 FGURA………1
Qormi li għadhom kif ġew religati mill-kampjonat Premier taw twissija li se jagħmlu minn kollox biex jirritornaw mal-kbar kemm jista’ jkun malajr. Qormi kien aħjar mill-avversarji tagħhom li għadhom kif ġew promossi mit-Tieni Diviżjoni u li donnhom għadhom ma ngranawx.
Il-partita laħqet il-qofol tagħha fl-ewwel taqsima. Qormi li kienu qed jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun ħarġu aħjar. Fgura, li għailhom din kienet it-tieni telfa tagħhom fil-bidu tal-kampjonat hemm bżonn li juru titjieb fil-logħob tagħhom. Qormi anke spiċċaw il-partita b’10 players wara li Jordy Lokando tkeċċa fil-ħin miżjud.
Fgura ma setax kellhom bidu aħjar għax wara biss erba’ minuti huma fetħu l-iskor meta free-kick insidjuż minn tarf il-kaxxa ta’ Giovanni Galea ġie mdawwar għal korner minn Jamie Azzopardi u mill-istess korner finalment kien THOMAS GRECH li b’xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa kkonkluda fix-xibka.
Ir-reazzjoni ta’ Qormi kienet waħda immedjata tant li ħames minuti wara huma għamlu l-iskor indaqs meta Freud Gnindokponou ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Carlos Valero, ir-referee ordna penalty li minnu JORDY LOKANDO ma żbaljax.
Fl-14-il minuta Qormi kienu sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ Gnindokponou stampa mal-mimduda. Fis-26 minuta Qormi marru fil-vantaġġ meta ROMULO SANTOS SILVA rċieva pass preċiż u wara li avvanza kkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx.
Għaxar minuti wara Qormi żiedu goal ieħor meta daqqa ta’ ras minn pożizzjoni daqsxejn angolata ta’ Alan Abela ħabtet mal-mimduda u minn taħt il-lasta FRANCESCO GUZMAN tefa’ fix-xibka.
Fit-49 minuta Qormi għal ftit ma żidux goal ieħor meta lob ta’ Romulo Silva Santos wara kross ta’ Gnindokponou ġie salvat fuq il-linja minn Brandon Bartolo. Wara din l-azzjoni l-logħob żvolġa l-aktar f’nofs il-ground biż-żewġ goalkeepers ftit li xejn ikunu fl-azzjoni.
Fil-ħin miżjud fi tmiem il-partita Qormi spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li Jordy Lokando ġie muri l-karta l-ħamra talli rritalja f’nofs il-ground.
QORMI :- Jamie Azzopardi, Freud Gnindokponou, Romulo Silva Santos (Chris Matombo, 63’), Michael Borg, Brandon Grech, Alan Abela, Jordy Lokando, Francesco Guzman, Alessio Cassar, Nathan Gauci (Carlos Debattista, 75’), Sheldon Grech (Carmelo Farrugia, 63’).
FGURA UTD.:– Brandon Bartolo, Philip Chircop, Dennis Cartella, Thomas Grech, Gilbert Martin (Andrew Scicluna, 77’), Charles Gandini (Alejandro Toncheff, 77’), Joey Reno Vella, Jeremy Cassar, Shawn Borg, Carlos Valero, Giovanni Galea (Sergio Hili, 61’).
REFEREE :– Andrea Sciriha
//= $special ?>