Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs (2030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 59 sena mir-Renju Unit safa’ milqut minn vettura ta’ tip Chevrolet Spark misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mill-Ungerija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 59 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>