Knisja Lokali

AĠĠORNATA: L-Arċisqof Emeritu rikoverat l-isptar

Pawlu Cremona jinsab taħt osservazzjoni

Monsinjur Pawlu Cremona ttieħed l-isptar Mater Dei meta aktar kmieni llum ikkollassa fil-kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat.

Għalkemm kien hemm xi indikazzjonijiet li kien f’qagħda kritika, dan mhuwiex minnu. Uffiċċjali tal-isptar jikkonfermawlna li mhuwiex fl-ITU u jinsab taħt osservazzjoni.

Patrijiet li tkellmu ma’ Net News spjegaw illi huma inħasdu meta raw lill-Arċisqof Emeritu jaqa’ quddiemhom, u mal-ewwel sejħu għall-ambulanza.

Mons. Cremona serva bħala Provinċjal tad-Dumnikani bejn l-1981 u l-1989. Aktar tard hu ġie kkonsagrat bħala t-tielet Arċisqof ta’ pajjiżna.

Intant l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna żar ukoll lil Arċisqof Emeritu fl-isptar, u awguralu fejqan ta’ malajr.