Akkost it-twessiegħ tat-toroq, l-isfreġju ambjentali u dak kulturali biex t-toroq infetħu daqsxejn aktar, dalgħodu t-toroq kienu mimlija traffiku u konġestjoni.
Ritratti jixhdu dan, hekk kif segwaċi tagħna bagħtu dawn ir-ritratti li juru t-triq tal-isptar mifnija bit-traffiku, u fissrulna li dawn ittieħdu għall-ħabta tas-6am.
Riċentament kelliema ma’ Net News qalulna hekk: “Qed isir dejjem aktar evidenti li t-twessiegħ tat-toroq mhu qed isolvi l-ebda problema għax minflok neħlu fil-parti li ssoltu konna neħlu fit-traffiku, issa qed neħlu fit-traffiku ftit metri ‘l fuq”.
Dan il-kumment kien sar hekk kif tul l-aħħar jiem inġema t-traffiku anki bil-lejl, b’din il-problema kważi tippersisti f’kull ħin tal-ġurnata.
Fir-ritratt t’hawn taħt, jidher traffiku li anki nħoloq dalgħodu f’toroq li jagħtu għall-Marsa.
//= $special ?>