Residenti ta’ Triq il-Ħemel fis-Swieqi qattgħu minn nhar il-Ġimgħa b’gelgul ilma nieżel kontinwament, lejl u nhar, quddiem id-djar tagħhom.
Is-sitwazzjoni mhix waħda unika, hekk kif il-Kunsill Lokali tas-Swieqi ripetutament qed jirċievi lmenti simili minn toroq diversi.
Immedjatament, il-Kunsill qed jagħmel rapporti fuq il-linja ta’ emerġenza tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma … imma l-problema kienet indirizzata biss erbat ijiem wara.
Is-Sindku tas-Swieqi, Noel Muscat jiddikjara li “l-problema hi li qed idumu wisq. Jien mhxu inwaħħal fil-ħaddiema jew il-kuntrattur li jqabbdu. Pero l-management tal-Water Services għandu jagħmel mezz biex jara kif isewwi dawn il-problemi b’mod iktar urġenti għax ħadd ma jrid jara dik il-ħela ta’ ilma.”
//= $special ?>