Peter Dinklage kien fost ir-rebbieħ tal-Emmy Awards ta’ din is-sena, hekk kif l-aħħar staġun ta’ Game of Thrones u l-kummiedja popolari Fleabag rebħu l-aktar unuri prestiġjużi tas-serata tal-Ħadd.
L-attriċi Brittannika ta’ Fleabag Phoebe Waller-Bridge kienet l-istilla tal-Emmys bir-rebħ ta’ 3 unuri. Il-kummiedja innifisha rebħet l-award tal-aqwa comedy-drama.
Game of Thrones, li kellu xejn anqas minn 32 nominazzjoni, ġie premjat bħala l-aqwa drama. Din kienet ir-raba’ darba li ingħata dan l-unur lis-serje Game of Thrones, li issa spiċċat. Peter Dinklage, li fis-serje kien jinterpreta l-karattru ta’ Tyrion Lannister, ġie premjat bl-unur tal-aqwa supporting actor.
Unuri oħra marru għad-drama oriġinali Chernobyl li xxandret aktar kmieni din is-sena, u Black Mirror: Bandersnatch li kiseb l-award tal-aqwa film għat-televiżjoni.
//= $special ?>