Lokali

F’Marsaskala: L-ilma jibda jnixxi fi triq ġdida

Sitwazzjoni inkredibbli għar-residenti ta’ Wied il-Għajn li spiċċaw bl-ilma ħiereġ fit-triq tagħhom, li kienet għadha kif saret.

Il-każ seħħ fi Triq il-Qaliet, li saret ġimgħatejn ilu u mmedjatament malli ngħatat it-tarmak, minnha deher l-ilma ħiereġ.

Dwar dan saru diversi rapporti, inkluż mill-Minority Leader tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità, John Baptist Camilleri, iżda s-sitwazzjoni kompliet għal iktar minn ġimgħa.

Mhux magħruf jekk f’dan il-każ il-ħtija hix tal-kuntrattur li seta’ laqat xi katusa, jew inkella żviluppatx wara l ingħata t-tarmak. Li hu żgur hu li biex tissewwa’, triq ġdid se jkollha terġa’ tinqala’.