Lokali Saħħa

Ħatra importanti għad-deputat Claudette Buttigieg

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg ġiet maħtura l-ewwel Leader tar-Reġjun Ewropew tal-Parliamentary Diabetes Global Network. Dan tħabbar mill-Assoċjazzjoni Maltija għal Kontra d-Dijabete.

Il-PDGN ġie mwaqqaf fl-2013 bl-għan ewlieni jkun li deputati minn madwar id-dinja jħallu impatt pożittiv fil-qasam tad-dijabete, b’ħidma iffukata fuq il-prevenzjoni u t-trattament kmieni.