Internazzjonali

Il-Kenja: Tfal tal-iskola jmutu fil-kroll ta’ klassi

Mietu talanqas sebat itfal meta sezzjoni ta’ skola li kienet qed isservi bħala klassi ċediet għal fuqhom fil-belt kapitali ta’ Najrobi. Il-klassi – struttura magħmulha fil-parti kbira mill-injam — kienet parti minn kumpless tat-tagħlim għat-tfal ta’ età primarja, bil-kroll traġiku jseħħ ftit minuti biss wara l-bidu tal-lezzjonijiet. Ingħad ukoll li ħafna tfal kienu elevati minn taħt il-fdalijiet tal-ewwel sular tal-bini li ċeda f’ħabta u sabta.

Intant, għexieren ta’ midruba ttieħdu miz-zona tat-traġedja biex ikunu trattati għall-ġrieħi, bis-servizzi għall-emerġenza jaslu fuq il-post fejn sabuha diffiċli biex javviċinaw l-iskola minħabba l-folol kbar li nġabru fl-inħawi. Dan meta l-fergħa Kenjana tas-Salib l-Aħmar ittrasferiet lil xi tfal midruba lill-Isptar ta’ Kenyatta Nazzjonali

Id-diretturi tal-iskola qalu li l-kroll x’aktarx kien dovut għall-kostruzzjoni, fil-viċin, ta’ pajp għas-sistema tad-drenaġġ u li setgħet dgħajjfet il-bażi tal-bini.

Il-Gvern tal-Kenja, min-naħa tiegħu, fetaħ investigazzjoni dwar l-inċident.