Permezz ta’ stqarrija l-UPE, il-Union of Professional Educators qalu li għan-nuqqas kbir ta’ għalliema, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni pprova jiġġustifika l-użu t’għalliema barranin fl-iskejjel tal-istat billi qabbad lil Charles Caruana Carabez sabiex jgħinhom u jgħid li l-barranin huma soluzzjoni.
Huma qalu li Caruana Carabez ipprova japoloġizza d-deċiżjoni diżastruża li qed jikkonsidra serjament id-Dipartiment tal-Edukazzjoni billi jsostni li, jkun aħjar għall-istudenti tagħna li jkollhom għalliema barranin milli ma jkollhomx lezzjonijiet.
L-UPE, qalu li huma dejjem saħqu biex jiġu affaċjat n-nuqqas inkwetanti ta’ żgħażagħ li jagħżlu l-professjoni t’għalliema.
“Il-UPE nemmnu differenti milli qal li jemmen is-Sur Caruana Carabez biex jipprova jkun ta’ forċina għall-iżbalji tad-dipartiment tal-edukazzjoni. Kontrarjament milli qal hu, aħna nemmnu li t-tfal tagħna għandhom id-dritt li jkollhom il-lezzjonijiet kollha intitolati għalihom u lezzjonijiet ta’ kwalità, mgħallma minn għalliema kwalifikati kif xieraq.”
Komplew billi qalu li Charles Caruana Carabez huwa biss biżżejjed li l-importanti għalih huwa li f’kull lezzjoni l-istudenti jkollhom adult fil-klassi, iżda għall-UPE jinsteressahom il-kwalità tal-lezzjonijiet u tal-għalliema.
Huma qalu li se jibqgħu jissieltu biex l-edukazzjoni f’Malta tissaħħaħ, u jkunu mħarsa kemm l-għalliema u kif ukoll l-istudenti.
//= $special ?>