Kultura Lokali

Imniedi l-programm ta’ ‘Spazju Kreattiv’

Is-Sibt ġie mniedi l-programm ta’ Spazju Kreattiv għall-istagun il-gdid.

Spazju Kreattiv beda jiffunzjona fis-sena 2000, hekk kif Gvern Nazzjonalista ħass il-ħtieġa li Malta jkollha spażju fejn l-artisti jkunu jistgħu jesprimu u juru t-talent tagħhom, filwaqt li ikun hemm ukoll spazju fejn f’pajjizna ikunu jistgħu jitwieldu artisti ġodda.

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kreattività Rupert Cefai, qal li il-binja tal-Kavallier ta’ San Ġakbu kważi tkun miftuħa 18-il siegħa kuljum biex il-kreattività tal-Maltin ikollha aktar ħin fejn tista’ tixpruna u tkun apprezzata.

Il-programm ta’ din is-sena jinkludi 50 inizjattiva b’madwar 300 kollaboratur u aktar minn 400 wirja ta’ films fiċ-ċinema. B’kollox se joffri sbatax-il forma differenti ta’ espressjoni kreattiva.

Din il-binja se tkun qed tospita wkoll l-inizjattiva ŻiguŻajg is-Sena Kollha.

Tul it-tnedija tkellem ukoll Tony Sant, li spjega kif il-programm se joffri aspetti ta’ identità kulturali u forom varji ta’ spettaklu. Huwa qal li jinsab ottimist dwar il-futur a bażi ta’ dak li sar diġà, u jħares ‘l quddiem għall- 20 sena anniversarju ta’ dan l-ispazju. Bla ebda dubju, Spazju Kreattiv se jospita talent Malti, u jkompli jagħti spazju tassew lill-artisti ta’ pajjiżna u oħrajn.R