Il-Pulizija Spanjola arrestat disa’ persuni suspettati b’li kienu qegħdin jippjanaw sensiela ta’ attakki vjolenti għall-anniversarju tar-referendum għall-indipendenza tar-reġjun ta’ Katalonja, li l-qrati Spanjoli kienu ddikjarawh illegali. Is-suspettati huma mfissra bħala ‘separatisti Katalani’ bis-sorsi qrib il-pulizija jgħidu li l-allegati attakki kienu pjanati għall-Ewwel ta’ Ottubru.
Id-data hi t-tieni anniversarju tar-referendum għall-Katalani u l-pulizija, issa, żvelat sejba ta’ ‘materjal għall-produzzjoni tal-bombi’ waqt ir-rejds li kkonċentraw fuq diversi bnadi ta’ Katalonja, inklużi Barċelona u Sabadell. Fir-rejds inħatfu wkoll tagħmir tal-kompjuter u dokumenti, bil-pulizija ma teskludix għal aktar arresti, ‘il quddiem.
Ingħad li l-arrestati (s’issa) huma membri ta’ grupp li mexxa l-aħħar protesti għal ‘Katalonja separata mill-bqija ta’ Spanja’. Fil-fatt, l-arrestati qed jitqiesu bħala membri tal-aktar fergħa militanti tal-Kumitati għad-Difiża tar-Repubblika ( Katalana).
//= $special ?>