Id-DJ u produttur tal-mużika Tiësto u l-mudella Annika Backes iltaqgħu fir-ristorant ‘Catch’ fi New York lura fi Frar 2015. It-tnejn kellhom ftit ħbieb reċiproċi u kien minn hawn li beda kollox.
Tliet snin wara, Tiësto ppropona matul vaganza fil-Maldivi u għalkemm kienet ħafna xita, Tiësto stenna l-ħin opportun biex jipproponi u dan wasal biss fl-aħħar ġurnata tal-btala tagħhom.
Id-DJ kera ristorant sħiħ, imlih petali tal-ward li wasslet għall-mejda tal-ikel fejn Tiësto niżel fuq irkoppa waħda b’ċurkett fidejh.
Minħabba li kemm Tiësto kif ukoll Annika jivvjaġġaw ħafna fuq xogħol, huma stabbilixxew id-data tat-tieġ b’ħafna ħin biex jilħqu jaraw eżattament dak li riedu, u dan ifisser li damu aktar minn sentejn biex iddeċidew fuq Las Vegas.
Il-post filfatt Jidher qisek qiegħed f’film ta’ James Bond, u dik hija l-estetika li riedu u b’hekk krew il-resort kollu għall-weekend fejn stiednu biss 80 persuna.
Il-koppja sejħu dan il-post bħala l-iktar post romantiku fid-dinja.
Fatt interessanti hu li Tiësto kien eċċitat għal din l-okkażjoni għaliex seta’ jilbes bħal James Bond, li hu ossessjonat bih.
Iċ-ċerimonja saret fuq il-patio ta’ Amangiri bil-pajsaġġ tad-deżert fl-isfond.
//= $special ?>