Lokali

FILMAT- Distinguished Gentleman’s Ride 2019: Il-Ħadd li ġej f’Malta u madwar id-dinja

FILMAT: Michael Farrugia

Il-Ħadd, 29 ta’ Settembru Malta se tingħaqad ma’ iktar minn 700 belt f’109 pajjiżi madwar id-dinja għal edizzjoni oħra ta’ Distinguished Gentleman’s ride (DGR).

Din l-inizzjattiva, li taf il-bidu tagħha fl-Awstralja fl-2012, tiġbor flimkien sewwieqa ta’ muturi klassiċi, stil klassiku u vintage li jkunu lebsin b’mod formali għal dawra biex jiġbru fondi b’risq il-Movember Foundation li tiffinanzja riċerka biex tkun miġġielda l-marda tal-kanċer tal-prostata u s-saħħa mentali maskili. Dan fid-dawl tal-istatistika inkwetanti li tlieta minn kull erba’ suwiċidji isiru minn irġiel.

Tkellimna ma’ Matthew Camilleri, l-Organizzatur tal-edizzjoni Maltija ta’ DGR, li kien akkumpanjat minn uħud mill-parteċipanti għal din is-sena. Hu qal li sa nofs Settembru diġa’ hemm 145 sewwieq reġistrat għad-dawra ta’ Malta.

Ritratti mill-edizzjoni tal-2018

Tkellimna wkoll ma’ Sandi Piper, li din is-sena se tkun it-tieni darba li tiegħu fid-DGR. Hi stqarret li temmen ħafna f’din il-kawża u għandha sinjifikat partikolari minħabba li qarib tagħha kien intlaqat minn din il-marda.C

Ritratti mill-edizzjoni tal-2018

Minbarra d-donazzjoni mis-sewwieqa infushom, min iġorr passiġġier miegħu ukoll jagħti donazzjoni filwaqt li qraba u ħbieb tal-parteċipanti jistgħu jisponsorjaw id-dawra tagħhom billi jagħtu fis-sit www.gentlemansride.com