Il-Partit Nazzjonalista fi sqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives, Jason Azzopardi, elenka numru żgħir biss ta’ fatti serji dwar il-qagħda ħazina tal-impjanti f’Sant’Antnin u fil-Magħtab, li qed tfisser ħsara ambjentali u għas-saħħa tagħna lkoll.
Il-Ministru Herrera ħareġ stqarrija fejn la spjega u lanqas ċaħad imqar waħda mill-akkużi li għamillu l-PN.
Biex jiffriska l-memorja tal-Ministru Hererra, il-PN qed jelenka l-fatti li minnhom ħarab il-Ministru u li l-poplu għandu dritt ikollu tweġiba għalihom:
- Intejjen insopportabbli mill-inċineratur tal-Marsa (Thermal Treatment Facility) u mill-impjant f’Sant’Antnin f’Marsascala;
- L-ERA daħlulha rapporti li impjegati tal-inċineratur fil-Marsa kellhom jiġu rikoverati l-isptar, jivvumtaw minħabba l-arja mniġġsa bl-intejjen tal-inċineratur, u dan għax ma sarx l-investiment neċessarju f’dan l-impjant.
- Ma sar ebda xogħol biex tinbena shed ġdida f’Sant’Antnin wara l-ħruq li kien hemm f’Mejju 2017, kif il-Ministru Hererra u l-Prim Ministru kienu wiegħdu f’Ottubru 2017;
- Hemm tlieta mill-erba’ digesters fl-impjant ta’ Sant’Antnin ilhom xhur bil-ħsara;
- Qed jitħallew għaddajjar kbar ta’ sludge f’Sant’Antnin li qed initten l-akkwati tal-impjant ta’ Sant’Antnin;
- Hemm ħafna apparat fil-Malta North (Magħtab) li huwa bil-ħsara bil-konsegwenza li mhus issir is-separazzjoni tal-kontenut tal-borża l-griża bil-konsegwenza li qed jispiċċa mirdum;
Peress li l-PN u l-poplu jimpurtahom mill-fatti, iswed fuq l-abjad, u mhux il-kliem fl-ajru tal-Ministru Herrera, il-PN qed jisfida lil Ministru Hererra biex illum stess, b’mod immedjat u bla ebda pre-avviz, iħalli lill-media tidħol bil-cameras, sija fl-impjant ta’ Sant’Antnin u fil-Malta North (Magħtab) ħalli n-nies ikunu jafu min qed jgħid il-verita u min qed jaħbi l-verita.
//= $special ?>