“siġar huma qattiela jekk il-karozzi jiġġarrfu. Karozzi jduru mas-siġar mal-impatt”
“il-bankina qeda hemm biex in-nies ikunu jistgħu jimxu sa’ Ħal Luqa. Jekk in-nies ma jmxux dejjem iktar safe!”
“imma min m’għandux karozza u għandu bżonn jimxi sa’ Ħal Luqa jew iċ-ċimiterju hekk jista’ safer than before”
Dawn kienu r-risposti tas-Sindku Laburista ta’ Santa Luċija Charmaine St John meta fil-paġna tal-kunsill fuq Facebook, residenti lmentaw dwar il-fatt li is-siġar tneħħew għal kollox mill-Ministru Ian Borg.
Madanakollu, ir-residenti ftit ħasbuha biex jgħidu lis-Sindku li bl-istess raġuni, jekk minflokk siġar issa hemm bankina, titfa’ f’periklu nies li jkunu qed jimxu.


Apparti d-dikjarazzjoni stramba li s-siġar joqtlu, fl-istess post, is-Sindku Laburista l-ewwel qalet li “iktar safe” jekk in-nies ma jimxux fuq il-bankini u ftit wara qalet li l-bankina hija aktar sigura minn qabel.
Dawn il-kummenti strambi, u ħafna aktar, dehru fuq post li qasam mar-residenti tal-lokal il-Ministru Ian Borg.
//= $special ?>