Lokali

It-2 Edizzjoni ta’ ‘Jiena Attiv’

Fis-6 ta’ Ottubru, se jkun hemm it-2 Edizzjoni ta’ ‘Jiena Attiv’ mixja/ġirja minn AX Care, Simblija Care Home biex tippromwovi l-Anzjanità Attiva fil-Ġimgħa Internazzjonali tal-Persuni Anzjani!

Hekk kif tikber fl-età, stil ta’ ħajja attiv isir ta’ importanza kbira għal saħħitna imma tkun xi tkun l-età jew il-kundizzjoni fiżika attwali, l-organizzaturi jridu li l-parteċipanti jingħaqdu u jtejbu l-prospetti ġenerali tagħhom dwar is-saħħa.

Id-dħul miġbur mill-avveniment ser imur għall-Step Up For Parkinsons.

Tista’ tirreġistra hawn: http://bit.ly/iamactive2019-registerhere.

il-paġna tal-avveniment fuq Facebook: https://www.facebook.com/events/226724771682637