Lokali

Jaslu ċ-ċiklisti ta’ LifeCycle

Jaslu Malta ċ-ċiklisti li ħadu sehem fl-20 edizzjoni tal-Maratona LifeCycle b’risq ir-Renal Unit fl-Isptar

Din is-sena, il-maratona ħadet lill-24 ċiklist il-Vjetnam, il-Laos u l-Kambodja.

Kien hemm xeni ta’ ferħ fl-ajruport hekk kif waslu ċ-ċiklist u t-tim ta’ back up support li assistew fil-loġistika, l-għajnuna medika u l-preparazzjoni tal-ikel.

Fi kliem Alan Curry, il-fundatur ta’ LifeCycle Malta, din l-isfida kienet waħda mill-iktar diffiċli

Sa issa inġabru madwar €190,000 u għad jonqos madwar €10,000 biex wara li jitnaqqsu l-ispejjeż, jifdal €100,000 biex imorru għall-lista annwali mfassla minn LifeCycle u r-Renal Unit ta’ pazjenti morda bil-kliewi u l-familji tagħhom.

Wieħed għadu fiċ-ċans li jagħti donazzjoni. Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit lifecyclefoundation.com jew il-paġna LifeCycle Challenge fuq Facebook