Lokali

Jinġabru iktar minn €2,500 b’risq Puttinu u Blue Light Foundation – FILMATI

Madwar 130 sewwieqa ta’ muturi, membri ta’ clubs u individwi, ħadu sehem f’ dawra bil-muturi li matulha inġabru fondi b’risq Puttinu u Simon Schembri Blue Light Foundation

B’kollox inġabru ftit iktar minn €2,500 b’risq dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet waqt rotta li bdiet mill-parkeġġ ta’ Luxol, tul Triq il-Kosta sa Għajn Tuffieħa u mbagħad sa Ħal Qormi u lura minn Triq Reġjonali sa San Ġiljan.

Id-dawra kienet organizzata minn Free Hoggers Malta u kienet miftuħa għas-sewwieqa ta’ kull tip ta’ mutur. Is-somma miġbura mistennija tiġi preżentata fit-12 ta’ Ottubru.