Lokali

Julia Farrugia tinħeba wara stqarrija tal-Gvern

Jum wara li xxandru d-dokumentarji minn ġurnalisti Franċiżi, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia tirrepeti mal-ġurnalisti l-istqarrija tal-Gvern u baqgħet tinsisti li ma hemm ebda ħbiberija lil hinn mit-tfulija

Farrugia qalet ukoll li l-Gvern se jiġġieled kontra dawk li sejħet bħala attakki fuq Malta.

Net News diga’ wera kif rapprezentant ta’ Chetcuti Cauchi jiftahar li martu hi ħabiba intima ta’ Julia Farrugia – is-Segretarju Parlamentari reponsabbli mill-iskema tal-passaporti, u saħansitra jinstema’ jgħid li tajjeb li jkollok mara bi ħbieb hekk.

Aktar il quddiem fid-dokumentarju, il-ġurnalisti jitolbu laqgħa ma’ Julia Farrugia illi tinsisti li Malta ma tbigħx passaporti, iżda l-ġurnalist ma jidhirx konvint, u jfakkarha li biex persuna tikseb ċittadinanza Maltija trid tħallas miljlun ewro. Xi ħaga li Farrugia ma tiċħadx.

Intant, f’kummenti li taw lill-media fl-aħħar sigħat, rappreżentatni ta’ Chetcuti Cauchi li kellhom il-liċenzja għall-bejgħ tal-passaporti sospiża wara li ħareġ dan il-filmat, insistew li l-Francizi ghamlu traduzzjoni ħażina ta’ dak li ntqal.

U waqt li ghaddej dan kollu, .il-Gvern qed jibqa’ jagħmel minn kollox biex jostor l-ismijiet tal-individwi li qed jixtru l-passaporti Maltin. Xi ħaġa li mhix qed tghin biex tnaqqas mid-dubji li jduru madwar din l-iskema u l-personaġġi li allegatament qed jieħdu vantaġġ minnha.