Raġel ta’ 29 sena mwieled il-Kolombja tressaq il-Qorti matul il-Jum tat-Tlieta.
Il-Kolombjan ġie akkużat li nhar it-22 ta’ Settembru għall-ħabta tal-4 ta’ filgħodu, fi Triq il-Bullara, fix-Xagħra Għawdex, seraq ġojjelerija kif ukoll ikkawża ġrieħi gravi lill-mara ta’ 55 sena u ġrieħi ħfief fuq raġel ta’ 58 sena.
Ir-raġel kien akkużat ukoll li kkommetta reat waqt perjodu attiv ta’ liberta’ kundizzjonata imposta fuqu mill-Qorti, fuq każ ieħor, fost l-oħrajn.
Hu ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata s-sentenza ta’ ħames snin priġunerija
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur B C Spiteri
//= $special ?>