It-Tmexxija tal-Iran ċaħdet stqarrija konġunta mill-mexxejja tar-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja li akkużat lir-reġim f’Tehran dwar l-attakki ta’ jiem ilu fuq l-istallazzjonijiet taż-żejt fl-Arabja Sawdija. Dan waqt li l-Ministeru Iranjan għall-Affarijiet Barranin akkuża lill-potenzi Ewropej b’li qed jirrepetu ‘l-istqarrijiet assurdi’ tal-Istati Uniti.
Il-mexxejja Ewropej qalu li ma kien hemm l-ebda spjegazzjoni valida oħra għall-attakki li qatgħu bin-nofs il-produzzjoni taż-żejt mill-Arabja Sawdija.
Madankollu, it-tliet pajjiżi għadhom impenjati favur il-ftehim storiku tal-2015 rigward il-programm nukleari tal-Iran.
Ir-ribelli Houthi fil-Jemen, li huma alleati mal-Iran, qalu li kienu huma li wettqu l-attakki tal-14 ta’ Settembru fuq il-faċilitajiet tas-Sawdi — bl-Iranjani jiċħdu kull sehem fl-aggressjoni. Madankollu, l-Istati Uniti kompliet twaħħal fl-Iran għall-attakki li żiedu t-tensjoni fir-reġjun, filwaqt li qed tibgħat is-suldati addizzjonali lejn l-artijiet Sawdi.
//= $special ?>