Kmieni dalgħodu, persuna ttieħdet l-isptar wara inċident li seħħ fi Triq Santa Tereża, viċin l-iskola Primarja ta’ Bormla.
Net News hu nfurmat li r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza wara li ttajjar minn vettura u spiċċa mal-art.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 37 sena residenti l-Kalkara, kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Ford Escort meta għal xi raġuni laqat lir-raġel ta’ 79 sena li hu residenti l-Birgu.
L-anzjan ittieħed l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin, filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli ħatret inkjesta maġisterjali.
Għal xi ħin it-triq kienet ukoll magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>