Illum, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar (1600hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-Bajja fil-limiti ta’ Blue Lagoon minħabba li kien hemm raġel mitluf minn sensieh fil-baħar.
Minn stħarriġ preliminari illi sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel ta’ 27 sena millFilandja, kien qed jgħum fl-imsemmija bajja, iżda sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-ERRC, filwaqt fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>