Lokali

SKANDLU ĠDID GĦALL-GVERN: “Trid tintrefa’ reponsabbilta’ politika”

Tkompli tikber u titqal is-sħaba sewda fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat, hekk kif il-Gvern jinsab f’fernezija biex jipprova jgħatti kull xaqq li qed ifaqqa’ wara dokumentarju xokkanti li deher fuq it-televiżjoni Franċiża. Bil-Kap tal-PN Adrian Delia jinsisti li dwar dan il-każ, trid tintrefa’ r-responsabblita’ politika.

Id-dokumentarju jikxef dak li jidher li hu l-mod dubbjuż kif qed titmexxa din l-iskema u li fiha daħal saħansitra l-Prim Ministru. Dan fl-istess waqt li kif gie zvelat mit-Times, Kastilja qed tibqa’ iżomm moħbija l-lista tal-persuni li jippromwovu l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti barra pajjiżna.

Xena mid-dokumentarju Franċiż Enquete Exclusive