Prezzijiet eżaġerati wara l-falliment ta’ Thomas Cook
Il-klijenti tal-kumpanija tal-holiday tours falluta Thomas Cook akkużaw lil-linji tal-ajru b’li qed jiggwadanjaw ‘mill-miżerja tagħhom’ meta qed ikunu mġiegħlha jħallsu prezzijiet eżaġerati għat-titjiriet li jridu jimlew l-iskeda minflok is-servizzi tal-kumpanija inkwistjoni.
In-nies li kienu bbukkjaw it-titjiriet ma’ Thomas Cook, fl-aħħar sigħat, kienu qed jippruvaw isibu titjiriet oħrajn, wara li l-kumpanija Britannika kellha twaqqaf is-servizzi minnufih – u fejn, f’xi każi, il-prezzijiet żdiedu bi tliet darbiet fuq dak li huma kienu ħallsu qabel.
L-analisti qalu li l-prezzijiet qed jirriflettu d-domanda enormi għar-rotot bi ftit spare seats. Dan meta x-xahar ta’ Settembru hu popolari għan-nies biex jieħdu l-btajjel u ħafna titjiriet huma diġà bukkjati bis-sħiħ.
U għalkemm il-linji tal-ajru jistgħu jiddeċiedu biex irażżnu ż-żidiet fil-prezzijiet, l-analisti qalu li l-linji jeħtieġu jieħdu l-aktar deċiżjonijiet li jaqblilhom minn lat kummerċjali — anki f’ċirkustanzi bħal dawn.
//= $special ?>