Żewġ immigranti ntbagħtu l-ħabs wara li ħarbu mill-kamp ta’ detenzjoni nhar it-Tnejn u ġew arrestati.
Yousef Busenah ta’ 22 sena u Jamal Momen ta’ 21 sena , it-tnejn ta’ nazzjonalità Marokkina, waslu Malta bil-baħar ġimgħa ilu u kienu qed jinżammu fil-kamp ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Huma ħarbu nhar it-Tnejn wara nofsinhar iżda malajr inqabdu u ttieħdu l-qorti, fejn wieġbu ħatja għall-akkuża li ħarbu mill-kustodja.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tatlil kull wieħed minnhom piena ta’ sitt xhur ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard
L-Avukat Noel Bartolo kien avukat tal-għajnuna legali.