L-attakkant kontroversjali Taljan Mario Balotelli irritorna fis-Serie A lbieraħ mat-tim ta’ Brescia, iżda r-ritorn tiegħu ma ħalliex l-effett mixtieq għalix iċ-champions Taljani Juventus irnexxielhom idawwru r-riżultat u jirbħu 2-1
B’dan ir-riżultat Juventus telgħu temporanjament fl-ewwel post, punt vantaġġ fuq Inter, li għandhom punti massimi u jridu jilagħbu l-ħames logħba tagħhom illejla f’San Siro kontra Lazio.
Il-bidu ma kienx wieħed pożittiv għal Juventus li kienu mingħajr Cristiano Ronaldo, fejn wara ftit minuti kien Donnarumma li poġġa’ lil Brescia fil-vantaġġ.
Juventus kellhom bżonn awtogowl biex isalvaw ir-riżultat, fejn kien Chanchellor li għamel l-awtogowl.
Fit-tieni taqsima Juventus aċċertaw mit-tliet punti grazzi għall-gowl rebbieħ ta’ Pjanic.
Fil-logħba l-oħra tal-bieraħ, draw ta’ mingħajr gowls bejn Verona u Udinese, logħba dominata minn Hellas Verona li kkrejaw ħafna ċansijiet iżda ma għarfu jisfruttaw xejn.
Illum programm ta’ seba’ logħbiet fejn jispikkaw Roma kontra Atalanta u Inter v Lazio.