Edukazzjoni Lokali

Il-maġġoranza tat-tfal lura għall-iskola

Eluf ta’ tfal oħra l-Erbgħa filgħodu bdew sena skolastika ġdida, din id-darba dawk tal-Gvern li segwew lil madwar 17,000 student u studenta li jumejn qabel bdew fl-iskejjel tal-Knisja.

L-Erbgħa fil-fatt kienet ġurnata sinifinati mhux biss għat-tfal illi jkunu qed jistennew min se jkunu l-għalliema l-ġodda tagħhom, iżda anke għall-ġenituri infushom.

Aspettativa wkoll minn naħa tal-għalliema, li huma s-sinsla tas-sistema edukattiva, bl-edukaturi ikunu ilhom ġimgħat jippreparaw għall-ftuħ tas-sena skolastika.

Fl-ewwel jum tal-iskola spikkaw fost oħrajn inizjattivi bħal dik li ħadet l-amministrazzjoni tal-Iskola Primarja Dun Frans Camilleri fil-Ħamrun, biex it-tfal daħlu għall-klassijiet il-ġdida tagħhom bi tbissima.

Dawn użaw żewġ karattri popolari mat-tfal biex jilqgħuhom fid-daħla tal-iskola tagħhom.