Il-foresta tal-Amazon hi tal-Brażiljani, u mhix wirt tal-umanita’. Dikjarazzjoni qawwija li għamel il-President Braziljan Bolsonaro meta kien qed jindirizza l-laqgħa tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York.
Bolsonaro saħaq li l-Amazon huwa territorju sovran u mhux veru li din il-foresta hija l-pulmun tad-dinja.
Il-kontroversja dwar l-Amazon kibret matul dan is-Sajf meta nirien kbar qerdu partijiet sostanzjali minn din il-foresta fil-Brażil. Iżda skont il-President, dan kien biss sensazzjonalizmu mill-media internazzjonali. U nsista fuq il-fatt li ħadd m’għandu jindaħal x’jagħmel stat sovran.
//= $special ?>