Il-25 ta’ Settembru hu mmarkat bħala l-Jum Dinji tal-Ispiżjara 2019.
i stqarrija, il-Kamra tal-Ispizjara ta’ Malta stqarret kemm hija kburija li tirrappreżenta il-Professjoni Farmaċewtika u li tixtieq tieħu din l-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ispiżjara biex turi d-diversità fil-prattika tal-ispżjar tal-llum.
Milll-industrija farmaċewtika, f’xogħol regolatorju, għal dak li jinforma lill-professjonisti oħrajn tas-saħħa, inklużi tobba dwar mediċini ġodda, fl-isptarijiet u f’dak li hu kkunsidrat il-pern tal-prattika tal-professjoni li-hija l-komunita, l-ispiżjar jissalvagwardja l-kwalita u integrita tal-mediċini u jassigura li il-mediċina t-tajba tasal għand dak il-pazjent speċifiku f’waqtha.
Minn perspettiva klinika, l-ispiżjar fl-isptar u fil-komunita, juża t-taħriġ rigoruż u li-istudji twal universitarji u prattika u esperjenza tiegħu fil-mod kif ikellem lil-pazjent, biex jissalvagwardja s-saħħa billi jottimizza l-użu tal-mediċini; jnaqqas per eżempju sitwazzjonijiet fejn mediċini li m’għandhomx jittieħdu flimkien għax jagħmlu reazzjoni li tista’ tkun perikoluża għall-pazjent jew mhux mixtieqha u għalhekk ma jiġux ddispensati lill-pazjent.
L-ispiżjar huwa mħarreġ biex ikun komunikatur u juża din il-kapaċita tiegħu biex ifiehem lill-pazjent kif għandu jsegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib skond ir-riċetta u tal-ispiżjar għal użu ottimali tal-mediċina biex b’hekk ikun hemm riżultat pożittiv għall-kura.
Il-Kamra Tal-Ispiżjara tieħu din l-okkażjoni biex tesprimi il-kburija tagħha bl-ispiżjara Maltin u tirringrazzjahom tax-xogħol professjonali u tal-kontibut tagħhom tagħhom fil-protezzjoni tas-saħħa ta’ poplu Malti.
//= $special ?>