Numru imdaqqas ta’ immigranti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi qed jerggħu jipprotestaw kontra l-fatt li qed jinżammu maqfula mingħajr ebda libertà.

F’din il-protesta, li bdiet għall-ħabta tal-11 a.m u li għadha għaddejja, l-immigranti bdew jgħajtu, b’uħud telgħu fuq kontejners fejn dendlu kartelluni u lożor b’messaġġi fuqhom isejħu għal-liberta’ u li huma m’humiex krimali.
Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija tad-distrett, tar-RIU, tal-iSpecial Intervention Unit u vetturi tat-tifi tan-nar mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq kartellun minnhom l-immigranti kitbu li ilhom fiċ-ċentru tad-detenzjoni għal 132 ġurnata.

Din il-protesta ssegwi numru ta’ protesti oħra li saru matul il-ġimgħat li għaddew fl-istess Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.
