Lokali

KAOS F’ĦAL SAFI: L-immigranti spiċċaw ħadu f’idejhom partijiet kbar miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni

Fl-aħħar minuti Net News waslitlu informazzjoni sensittiva dwar dak li qed jiġri fuq ġewwa taċ-Ċentru

Matul dan il-lejl, numru kbir ta’ immigranti jidher li ħadu f’idejhom partijiet sħaħ miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.

Is-sitwazzjoni għadha qed tiżviluppa f’dawn il-ħinijiet, għalkemm Net News jinsab infurmat li xi immigranti saħansitra irnexxielhom jisirqu manetti u pepper spray.

Numru kbir ta’ suldati u Pulizija marru fil-post.

Mhux magħruf eżatt jekk l-immigranti waslux sal-kamra fejn hemm l-armi.

Uffiċjali li tkellmu ma’ dan is-sit esprimew ir-rabja kbira tagħhom li f’dan il-mument sensittiv il-Ministru tal-Intern ħallihom weħidhom. Oħrajn qalulna li anke s-sitwazzjoni fiċ-Ċentru tal-Marsa taf teskala.