Il-Prinċep Harry, id-Duka ta’ Sussex, u martu Meghan, id-Dukessa ta’ Sussex, jinsabu għaddejjin bi żjara uffiċjali ta’ għaxart ijiem fl-Afrika t’Isfel.
Magħhom għal din iż-żjara hemm binhom, iċ-ċkejken Prinċep Archie.
Fl-aħħar sigħat, il-familja rjali kienet qed iddur fid-Desmond & Leah Tutu Foundation, fil-belt ta’ Cape Town . Il-fondazzjoni tikkontribwixxi għall-iżvilupp taż-żgħażagħ u l-kapaċitajiet tat-tmexxija fost il-ġenerazzjonijiet li telgħin, minbarra li tiffaċilita t-taħditiet dwar il-ġustizzja soċjali u l-għanijiet komuni fl-interess tal-umanità.
L-ixprun wara l-fondazzjoni hu l-magħruf Arċisqof Desmond Tutu li fl-aħħar sigħat itaqa’ ma’ Harry u Meghan. Intant, il-fondazzjoni qed taħseb, fost oħrajn, biex il-lezzjonijiet ta’ dan l-arċisqof ikunu aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda tal-Afrikani.
//= $special ?>