Lokali

Libjan ta’ 22 sena jsofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 22 sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu fi Triq in-Naxxar, San Ġwann. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 24 sena residenti San Ġwann, kienet qed issuq il-vettura tat-tip Nissan Juke meta għal xi raġuni laqtet Libjan ta’ 22 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.