Internazzjonali Kurżitajiet

Mattel jippreżentaw il-pupi ġodda ‘gender-neutral’

Issa f'idejn it-tfal biex jiddeċiedu l-ġeneru li jridu għall-pupi tagħhom

Il-kumpanija multinazzjonali Mattel, li hija sinonima mal-pupa Barbie, nidiet l-ewwel pupi gender-neutral.

Sa issa tniedet 6 pupi, li t-tfal jistgħu jlibbsuhom kif iridu. Dawn il-pupi għandom ukoll kulur tal-ġilda differenti – b’messaġġ ċar favur l-inklussivita’.

Il-pupi, li huma twal 11-il pulzier, tfasslu apposta sabiex ma jagħtux ħjiel jekk il-figura hix ta’ mara jew raġel. Mattel qed jgħidu li din l-inizjattiva se tgħin biex jitnaqqas il-bullying u l-istigma.

Dawn il-pupi diġa’ jinsabu għall-bejgħ.