Lokali

AĠĠORNATA: Nirien viċin l-iskola ta’ San Andrea

Għall-ħabta tad-9, kien hemm nirien viċin l-Iskola ta’ San Andrea, fi Triq iż-Żebbiegħ fil-Mosta.

Jidher li żewġ skips u 3 karozzi ħadu n-nar. Dan bil-konsegwenza li kien hemm daħna li dehret minn diversi nħawi.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar.

Jidher li ma kienx hemmx tfal involuti f’dan l-inċident peress li t-tfal jidħlu l-iskola għada.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.