Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ressaq diversi proposti biex jissaħħaħ l-Att biex jippromwovi l-iżvilupp tas-settur tal-kera privata billi jiżgura standards ta’ ġustizzja, kjarezza u prevedibbiltà fir-relazzjoni kuntrattwali bejn sidien tal-kera u kerrejja u biex jissalvagwardja u jipproteġi d-dritt ta’ akkomodazzjoni adegwata.
Dawn il-proposti tressqu f’laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjoni tal-Liġijiet li fiha l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u mid-deputati Ivan Bartolo, Karl Gouder u Kevin Cutajar. Għall-Gvern ipparteċipa s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li fil-liġi m’hemmx l-estenzjoni tar-rwol ta’ infurzar u dan ir-rwol qed jiġi maħluq f’din il-liġi. Hu sostna li l-iskop tal-liġi hi li jippromwovi l-iżvilupp tas-settur tal-kirjiet u għalhekk din il-liġi mhix xibka biex jinqabad min qed jabbuża. Din il-liġi qed tipprova tippromvovi l-iżvilupp tas-settur privat tal-kirjiet b’mod ġust u bilanċjat. Adrian Delia insista li l-liġi trid tkun skuritinizzata f’kull klawsola u għalhekk qed jinsisti li tkun speċifikata l-Awtorità li tirregola u staqsa jekk għandhiex tkun l-Awtorità tad-Djar li tidħol fis-settur tal-kirjiet privati.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ma qabilx mal-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li l-Gvern qed jagħti dritt li min ma kellux leħen fosthom persuni li jitkċċew minn djar mis-sidien.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li d-deputati tal-gvern mhux jifhmu l-proposti tiegħu u reġa’ staqsa lill-Gvern għaliex qed idaħħal lill-Awtorità tad-Djar fis-settur privat. Adrian Delia staqsa wkoll għaliex il-liġi ma tinkludix il-funzjoni ta’ ‘vulnerabbli’.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-ġurisdizzjoni tal-lum għandha l-kompetenzi dwar kuntratti li jsiru biex tiġġudika jekk hemmx nuqqas fil-kuntratt.
Il-kumitat iddiskuta kif l-Awtorità tista tivverifika l-mod kif tistabilixxi li hemm hemm kirjiet li m’humiex reġistrati u l-mod kif bil-liġi l-gvern se jkollu l-poter li jivverifika. F’dan l-istadju r-regolatur se jkun l-Awtoità tad-Djar.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni insista li għandhom ikunu l-qrati li jiddeċiedu minħabba l-indipendenza tagħhom u mhux l-Awtorità tad-Djar.
Is-Segretarju Parlamentari Galdes qal li għall-ewwel darba l-Awtorità tad-Djar qed tiddaħħal bħala regolatur.
L-uffiċjal tal-Awtorità tad-Djar Mark Scerri qal li l-Gvern irid jiġġieled il-kirjiet illegali u mhux reġistrati u għalhekk fejn m’hemmx kuntratt il-gvern se jidħol u jirregola; anki fejn m’hemmx kitbiet. Hu qal li jekk is-sid jibqa’ ma jobdix il-liġi, l-Awtorità tad-Djar tidħol u tintervjeni br-rata ta’ 75% tal-prezz tas-suq b’minimu ta’ sena. Mark Scerri qal li l-Awtorità ma tridx tintervjeni fis-suq tal-propjetà iżda tintervjeni biss biex tiggarantixxi d-dritttijiet. Il-gvern qed joffri lil-kirijiet għal sena jkunu ta’ 75% tal-pezz tas-suq. Il-Gvern hu interessat li jkollu viżibbiltà sew tas-suq.
Adrian Delia qal li l-Opożizzjoni taqbel li jitħallsu t-taxxi iżda jridu jkunu kkunsidrati wkoll il-każi ta’ dawk li qed jikru. Hu qal li l-iskop tal-liġi hu jkun hemm promozzjoni biex is-suq jibbilanċja lilu nnifsu.
Andre Callus mill-Moviment Graffitti u f’isem 20 għaqda soċjali differenti li ppreżentaw numru ta’ proposti għall-kirjiet qal li għandha ssir diskussjoni dwar il-prezzijiet ogħlja għaliex il-liġi ma tinkludix dan l-aspett. Il-liġi qed toħloq biss qafas bażiku u hi ferm ‘l bogħod minn dak li hemm f’pajjiżi barranin. F’Malta hawn ġungla sħiħa u din il-liġi lanqas tibda mal-liġijiet li hemm f’pajjiżi barranin, sostna Andrè Callus, li kompla li l-inkwilini mhux se jieħdu lis-sidien il-qorti jekk dan am jirreġistrax il-kuntratt. Għalhekk għandu jkun hemm awtorità bla burokrazija u bla spejjeż żejda biex fiha l-inkwilini jirrapportaw il-każi.
Andrè Callus kompla li l-klawsoli jridu jkunu iebsa u flok sena deterrent għandha jidħlu tliet snin għaliex f’dawn il-każi s-sidien ikunu qed jiksru l-liġi. Dwar il-persuni vulnerabbli, Andrè Callus qal li ħafna Maltin li m’humiex vulnerabbli qed imorru għall-kirjiet speċjalment iż-żgħażagħ. Il-liġi għadha tkun għal kulħadd mhux għall-vulnerabbli biss. Hu qal li l-liġi mhux se xxekkel jew tillimita l-qliegħ li se jagħmel is-sid iżda qed timponi obbligi bażiċi u diċenza umana.
Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li l-MDA taqbel li l-kirjiet ikunu kollha reġistrati biex ma jkunx hemm abbuż mit-taxxi. Kollox għandu jkun reġistrat, sostna Sandro Chetcuti, li kompla li jekk is-sidien ma jridux jirreġistraw, l-inkwilin għandu jkollu dan id-dritt.
L-Avukat Mark Scerri qal li l-inkwilini mhux dejjem ikollhom il-faċilitajiet li jirreġistraw il-kuntratti magħhom.
L-Oppożizzjoni astejniet fuq din il-klawsola minħabba li l-kumitat ma kienx għadu ddefinixxa l-funzjoni tal-Awtorità tad-Djar f’dan il-kuntest.
Il-Kumitat iddiskuta l-Panel tal-Arbitraġġ fejn Adrian Delia qal li se titneħħa ġurisdizzjoni mill-qrati fil-kuntest ta’ krijiet reġistrati bejn żewġ partijiet.
L-uffiċjal tal-Awtorità tad-Djar l-Avukat Scerri qal li dan se jkun panel ta’ manutenzjoni u tiswijiet sa €5,000, tilwim dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma u ż-żamma u r-rimbors tad-depożitu minħabba l-għaġġla li jkun hemm biex tittieħed deċiżjoni dwar dawn il-kwistjonijiet. L-Awtorità riedet rimedju effettiv iżda ma tarax rimedju ieġħor minflok il-Ministru jw il-President.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrain Delia qal li l-Oppożizzjoni taqbel li l-ħatriet ma jsirux mill-Ministru iżda għandha mistoqsijiet dwar għaliex dawn il-ħatriet tant żgħar isiru mill-President. Dan hu territorju perikoluż, sostna Adrian Delia, li qal li għandu jun hemm separazzjoni tal-irwoli. L-Opożizzjoni taqbel fil-prinċipju li jinħatar dan il-panel. Adrian Delia ppropona wkoll li jintuża ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ.
Is-Segretarju Parlamentari Galdes qal li dan hu settur li se jikber u l-qorti ma tkunx issussata b’kawżi żgħar. Hu qal li l-Gvern addotta l-prinċipju li t-Tribunal għall-Kawżi ż-Żgħar ikun maħtur mill-President. Il-pubbliku li jkollu dawn il-problemi ma jistgħux jistennew ix-xhur.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Oppożizzjoni taqbel li jinħatar panel iżda ma temminx li l-President ta’ Malta għandu jidħol f’dawn il-kwistjonijiet żgħar.
Il-kumitat aġġorna għal data li tkun komunikata miċ-Chairman d-deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi.
//= $special ?>