Omm ta’ żewġt itfal kellha senteza ta’ 8 xhur priġunerija revokata wara li l-Qorti ħelsitha minn kull akkuża miġjuba kontriha.
Francine Cini kienet akkużata li għamlet rapport falz meta f’Mejju ta-2017 marret l-għassa tar-Rabat Għawdex u rrappurtat lis-sieħba tal-ex żewġha kif ukoll’ missier uliedha fejn akkużatha bi vjolenza fuq it-tfal.
Fl-għassa, Cini ħeġġet lill bintha l-kbira tirrakkonta kif waqt li t-tfal kienu fi trakk fix-Xagħra, Angelica Gun Margit Borst, oħtha ż-żghira bdiet tibki għat-tablet, u Angelica bdiet tgħajjat magħha u tagħtha daqqa bl-istess tablet.
Wara din l-istqarrija, missier it-tfal Dominic Zammit issejjaħ fl-għassa fejn qal li ma kienx jaf x’kien ġara.
Oriġinarjament, il-Qorti tal-Maġistrati kienet illiberat lil Cini mill-akkuża li sawret sitwazzjoni sabiex tkun tista takkuża lil Borst b’reat, imma kienet sabitha ħatja li għamlet rapport lill-Pulizija ta’ reat li kienet taf li ma sarx.
Fis-sentenza finali tiegħu, l-Imħallef Giovanni Grixti, qal li Cini kellha tinstab ħatja tal-ewwel akkuża u tiġi lliberata mit-tieni waħda, u mhux bil-kontra.
Il-mara ġiet illiberata mill-akkużi. L-Avukat Joseph Giglio deher għaliha.
//= $special ?>