Rugby

Samoa jibdew l-impenji b’rebħa fuq ir-Russja

Samoa fetħu l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tar-rugby li qed issir fil-Ġappun b’rebħa ta’ 34-9 kontra r-Russja, fejn għar-Russi din kienet it-tieni telfa wara li kienu megħluba mill-Ġappun fil-logħba inawgurali.
Tista’ tgħid li d-differenza kollha kienet dwar il-mod kif iż-żewġ naħat ikkontrollaw il-logħba meta kienu b’inferjorita numerika.
Il-logħba kienet waħda mimlija inċidenti u fiha kienu murija tliet karti sofor.
Meta Samoa kienu bi 13-il plejer għal tmien minuti sħaħ fl-ewwel taqsima, rnexxierlhom jikkontrollaw u ma sofrew l-ebda punt, filwaqt li meta r-Russi kienu bi plejer inqas, l-avversarji rnexxielhom jagħmlu 14-il punt.
Ir-Russi lagħbu bl-istess formazzjoni li lagħbu biha kontra l-Ġappun.
Samoa għamlu total ta’ sitt tries biex bis-saħħa t’hekk kisbu punt bonus mal-erba’ punti tar-rebħa.